Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Global Translation Solutions vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-404/20) 1

(“Kuntratti pubbliċi ta’ servizz – Proċedura ta’ sejħa għall-offerti – Servizzi ta’ traduzzjoni – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor – Kriterji ta’ għoti –Metodu ta’ evalwazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament –Trasparenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dmir ta’ premura – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Global Translation Solutions ltd. (Valletta, Malta) (rappreżentant: C. Mifsud-Bonnici, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, L. André u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittra tas-17 ta’ April 2020, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti għal-Lott Nru 22 (EN>MT) fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti TRAD 19 u li tagħti dan il-lott lil offerent ieħor, kif ukoll id-“deċiżjonijiet kollha relatati”.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Global Translation Solutions ltd. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 297, 7.9.2020.