Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Kondyterska korporatsiia “Roshen” vs EUIPO – Krasnyj Octyabr (Rappreżentazzjoni ta’ awwista)

(Kawża T-254/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta awwista – Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Dritt għal smigħ – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: I. Lukauskienė, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AO Moscow Confectionery Factory “Krasnyj Octyabr” (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: M. Geitz u J. Stock, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1916/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” u PAO Moscow Confectionery Factory “Krasnyj Octyabr”.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 215, 29.6.2020.