Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – Allergan Holdings France vs EUIPO – Dermavita Company (JUVEDERM)

(Kawża T-397/20) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVEDERM – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert u V. J. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dermavita Company S.a.r.l. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ April 2020 (Każ R 877/2019-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita Company u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

Ir-rikors huwa miċħud.

Allergan Holdings France SAS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) kif ukoll iż-żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Dermavita Company S.a.r.l. relatati ma’ din il-proċedura.

Dermavita Company S.a.r.l. għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha relatati ma’ din il-proċedura.

____________

1     ĠU C 279, 24.8.2020