Language of document : ECLI:EU:T:2021:752


 


 



Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat3 ta’ Novembru 2021 – PBL u WA vs IlKummissjoni

(Kawża T538/21 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn Franza lil klabb tal-futbol professjonali – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 9 sa 12)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Neċessità li jiġi invokat ir-riskju li dan id-dannu jiġi mġarrab personalment

Artikoli 278 u 279 TFUE

(ara l-punti 15, 23, 24)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali fid-dettall

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 26, 27)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti sabiex tiġġustifika l-urġenza

Artikoli 278 u 279 TFUE

(ara l-punti 33 sa 36)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal‑1 ta’ Settembru 2021 bir-referenza COMP.C.4/AH/mdr 2021(092342) u li twieġeb għal ilment fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (SA.64489 – Għajnuna mill-Istat lill-klabb tal-futbol Paris Saint-Germain) u, min-naħa l-oħra, għal ordnijiet indirizzati lill-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.