Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta' Jannar 2012 - proċeduri kriminali kontra Vu Thang Dang, Berlin

(Kawża C-39/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

Vu Thang Dang, Berlin.

Domanda preliminari

L-Artikoli 21 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243 tal-15 ta' Settembru 2009, p.1), li jirregola l-ħruġ u l-annullament ta' viża uniformi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu responsabbiltà kriminali, li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, għat-traffikar ta' ċittadini barranin fil-każijiet fejn, għalkemm ikunu fil-pussess ta' viżi, il-persuni ttraffikati jkunu kisbu dawn il-viżi billi jkunu ingannaw l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor dwar l-iskop veru tal-vjaġġ tagħhom?

____________

1 - Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU L 243, p. 1 - Kodiċi dwar il-Viżi).