Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, D. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2014 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni miksuba qabel ma daħal fis-servizz tal-Kummissjoni;

tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.