Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2021 – Epsilon Data Management vs EUIPO – Epsilon Technologies (EPSILON TECHNOLOGIES)

(Kawża T-512/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Epsilon Data Management LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Lindemans u J. Bussé, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Epsilon Technologies, SL (Sant Cugat del Valles, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “EPSILON TECHNOLOGIES ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 914 855

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2021 fil-Każijiet magħquda  R 1611/2020-5 u R 1839/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli r-rikors, kif ukoll id-dokumenti mehmuża u l-kopji korrispondenti kollha;

tilqa’ r-rikors, tannulla u tiddikjara mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata u tordna r-revoka tat-trade mark tal-Unjoni kkontestata Nru 8914 855 għal nuqqas ta’ użu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ma ntwera l-ebda użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni kkontestata (Artikolu 18(1)(a) u Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).

____________