Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2009 - Verband Deutscher Prädikats- und Qualitätsweingüter vs UASI (GG)

(Kawża T-278/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband Deutscher Prädikats- und Qualitätsweingüter eV (Gau-Algesheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' April 2009 (Każ R 1568/2008-1) u;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "GG" għal prodotti fil-klassi 33 (Applikazzjoni Nru 6 388 284)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 75 minħabba stqarrija inadegwata tar-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjoni hija bbażata u ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, għaliex it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu meħtieġ u għaliex ma jeżistix ir-rekwiżit ta' disponibbiltà.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)