Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2024 – Münchner Wohnen vs EUIPO (Münchner Wohnen)

(Kawża T-85/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Münchner Wohnen GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kockläuner u O. Nilgen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Münchner Wohnen” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 762 837

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1288/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ġie miċħud l-ilment sottostanti tal-20 ta’ Ġunju 2023;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________