Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2024 – Instituto dos vinhos do Douro e do Porto vs EUIPO – Vinoquel- Vinhos Oscar Quevedo (Quevedo Port)

(Kawża T-23/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Instituto dos vinhos do Douro e do Porto I. P. (Peso da Régua, il-Portugall) (rappreżentant: P. Sousa e Silva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vinoquel- Vinhos Oscar Quevedo Lda (São João da Pesqueira, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Quevedo Port” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 461 727

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 2471/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark kontenzjuża;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju u quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 103(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu kummerċjali;

Ksur tal-Artikolu 103(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-isfruttament tar-reputazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta;

Ksur tal-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evokazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

____________