Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2011 - Tempus Vade vs UASI - Palacios Serrano (AIR FORCE)

(Kawża T-81/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AIR FORCE - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti TIME FORCE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebħ tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Tempus Vade, SL (San Sebastián de los Reyes, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Juan Palacios Serrano (Alcobendas, Spanja) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría, J. del Valle Sánchez u V. Ruiz de Velasco Martinez de Ercilla, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Jannar 2010 (Każ R 111/208-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Tempus Vade, SL u M. Juan Palacios Serrano.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Tempus Vade, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.