Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' April 2009 - HALTE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/06)1

("Għajnuna mill-Istat - Ilment - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta' pożizzjoni mill-Kummissjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Honorable Association de Logisticiens et de Transporteurs Européens (HALTE) (Neuilly-sur Seine, Franza) (rappreżentant: J.-L. Lesquins, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u E. Righini, aġenti)

Suġġett

Talba intiża sabiex jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 232 KE, li, billi naqset milli tagħti bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali tal-Artikolu 88(2) KE u milli tadotta miżuri kawtelatorji fir-rigward tal-għajnuna allegatament mogħtija fil-kuntest tal-operazzjoni taċ-ċessjoni ta' Sernam SA, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-dritt Komunitarju.

Dispożittiv

M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

L-Honorable Association de Logisticiens et de Transporteurs Européens (HALTE) u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 96, 22.4.2006