Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2024 – Puma vs EUIPO – Hasndelsmaatschappij J. Van Hilst (Chaussure)
(Kawża T-647/22) 1
(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti ta’ nullità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jipprapreżenta żarbuna– Żvelar ta’ disinn preċedenti – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Handelsmaatschappij J. Van Hilst BV (Waalwijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Jonker u M. Roosendaal, avukati)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 726/2021-3).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 463, 5.12.2022.