Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2016 – sheepworld vs EUIPO (Bester Opa)

(Kawża T-449/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Bester Opa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 169 528

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 92/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________