Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2016-0448\tra-doc-mt-req_comm-t-0448-2016-201608016-02_00.doc

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Mr. Kebab vs EUIPO - Mister Kebap (Mr. KEBAB)

(Kawża T-448/16)

Lingwa tar-rikors: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Mr. Kebab s. r. o (Košice-Západ, is-Slovakkja) (rappreżentant: L. Vojcik, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mister Kebap, SL (Finestrat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża / Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Mr. KEBAB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 551 222

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Mejju 2016, fil-Każ R 987/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad kompletament l-oppożizzjoni mressqa mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fl-20 ta’ Novembru 2014, Nru B 002370594, kontra l-applikazzjoni għal trade mark kumplessa tal-Unjoni Ewropea “Mr. KEBAB”,

tikkundanna lill-EUIPO, u jekk ikun il-każ lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________