Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Mr. Kebab vs EUIPO – Mister Kebap (Mr. KEBAB)

(Kawża T-448/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr.KEBAB – Trade mark Spanjola figurattiva preċedenti MISTER KEBAP – Raġuni elattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Mr. Kebab s. r. o. (Košice-Západ, is-Slovakkja) (rappreżentant: L. Vojčík, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u R. Cottrellovú, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mister Kebap, SL (Finestrat, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2006 (Każ R 987/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mister Kebap u Mr Kebab.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mr. Kebab s. r. o huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 383, 17.10.2016.