Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Bester Papa)

(Kawża T-451/16) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Bester Papa – Raġuni assoluta għal rifjut– Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 94/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Bester Papa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 364, 3.10.2016.