Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2008 - KUKA Roboter vs L-UASI (Trade mark ikkulurita Oranġjo)

(Kawża T-97/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KUKA Roboter GmbH (Augsburg, Il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kohn, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut permezz tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-14 ta' Diċembru 2007 fil-każ R 1572/2007-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark mingħajr kontorn ta' kulur oranġjo għal prodotti fil-klassi 7 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 607 801).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda ta' l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati:

ksur ta' l-Artikolu 28 KE, billi permezz tad-deċiżjoni kkontestata ġiet applikata miżura b'effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva.

ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, billi t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha karattru distintiv.

ksur ta' l-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Nru 40/94, billi d-deċiżjoni kkontestata mhijiex motivata jew mhijiex motivata biżżejjed, u billi dan il-fatt ma ġiex aċċertat biżżejjed.

abbuż ta' poter, billi l-konvenut ikkunsidra evalwazzjonijiet mhux rilevanti, dwar il-prinċipju ta' disponibbiltà, sabiex jimmotiva d-deċiżjoni kkontestata.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 1994, L 11, p. 1).