Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Whirlpool Europe BV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-118/13) 1

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Apparat domestiku - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, bil-kundizzjoni tal-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti li tikkonċerna l-istess proċedura - Nuqqas ta’ interess individwali - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whirlpool Europe BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: F. Wijckmans u H. Burez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, É. Gippini Fournier u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Electrolux AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: F. Wijckmans u H. Burez, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti) u Fagor France SA (Rueil-Malmaison, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati) et

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/283/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.23839 (C 44/2007) ta’ Franza favur l-impriża FagorBrandt (ĠU, L 166, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Whirlpool Europe BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Franċiża, Electrolux AB u Fagor France SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 141, 18.5.2013.