Language of document : ECLI:EU:T:2016:365

Kawża T‑118/13

Whirlpool Europe BV

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Apparat domestiku – Għajnuna għar-ristrutturazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, bil-kundizzjoni tal-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni preċedenti li tikkonċerna l-istess proċedura – Nuqqas ta’ interess individwali – Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Inammissibbiltà”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tar-rikorrenti pprovduti wara l-preżentata tal-kontroreplika

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonkludi li għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern – Rikors ta’ impriża kompetitriċi li mhux iġġustifikat b’impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni tagħha fis-suq – Inammissibbiltà

(Artikolu 108(3) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

3.      Proċedura ġudizzjarja – Ammissibbiltà tar-rikorsi – Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonkludi li għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern wara proċedura ta’ investigazzjoni formali – Rikors ta’ assoċjazzjoni jew ta’ impriża li kellha rwol attiv matul l-imsemmija proċedura – Karatteristika insuffiċjenti sabiex jiġi rrikonoxxut locus standi – Inammissibbiltà

(Artikolu 108(2) u (3) u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 37, 38)

2.      Meta impriża tikkontesta l-fondatezza ta’ deċiżjoni ta’ evalwazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat meħuda fuq il-bażi tal-Artikolu 108(3) TFUE jew fi tmiem il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, is-sempliċi fatt li hija tista’ titqies li hija persuna interessata fis-sens tat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu ma huwiex biżżejjed sabiex ir-rikors jiġi kkunsidrat ammissibbli skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Hija għandha għaldaqstant turi li għandha status partikolari. Dan ikun il-każ b’mod partikolari meta l-pożizzjoni tagħha fis-suq tiġi sostanzjalment affettwata mill-għajnuna li hija s-suġġett tad-deċiżjoni inkwistjoni. F’dan ir-rigward, impriża ma tistax tibbaża ruħha biss fuq il-kwalità tagħha ta’ kompetitriċi fir-rigward tal-impriża benefiċjarja, iżda għandha tistabbilixxi wkoll, fid-dawl tal-livell tal-eventwali parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura u tal-kobor tal-preġudizzju tal-pożizzjoni tagħha fis-suq, li hija tinsab f’sitwazzjoni fattwali li tindividwalizzaha b’mod analogu għal kif ikun individwalizzat id-destinatarju ta’ deċiżjoni.

Għal dak li jirrigwarda d-determinazzjoni ta’ tali effett, is-sempliċi fatt li tali deċiżjoni tista’ teżerċita ċerta influwenza fuq ir-relazzjonijiet ta’ kompetizzjoni li jeżistu fis-suq rilevanti u li l-impriża kkonċernata kienet tinsab fi kwalunkwe relazzjoni ta’ kompetizzjoni mal-benefiċjarju ta’ dan l-att ma jista’ fl-ebda każ ikun suffiċjenti sabiex l-imsemmija impriża titqies li hija kkonċernata individwalment mill-imsemmi att. L-impriża kkonċernata għandha tipproduċi provi tali li jistabbilixxu l-partikolarità tas-sitwazzjoni kompetittiva tagħha u turi li l-pożizzjoni kompetittiva tagħha hija affettwata sostanzjalment, meta mqabbla mal-impriżi kompetituri l-oħra fis-suq inkwistjoni. Ma jistax jiġi sempliċement preżunt li l-impriża kkonċernata kienet iżżid b’mod sinjifikattiv il-bejgħ tagħha fil-każ tal-għajbien mis-suq tal-impriża benefiċjarja tal-miżuri inkwistjoni, mingħajr il-produzzjoni ta’ ebda prova li ssostni din l-allegazzjoni, meta, is-suq għandu struttura mhux ikkonċentrata, ikkaratterizzata mill-preżenza ta’ numru kbir ta’ operaturi. Għandu jintwera li l-għajnuna inkwistjoni serviet lill-benefiċjarja sabiex iżżomm is-sehem mis-suq li kieku kien ikollha l-impriża kkonċernata nnifisha u, għaldaqstant, li hija ġarrbet lucrum cessans suffiċjentement kbir, meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, sabiex tikkaratterizza effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni tagħha fis-suq. F’dan ir-rigward, il-pożizzjoni tagħha bħala t-tieni impriża fis-suq wara l-benefiċjarja ma tistax, waħedha, tippermetti l-preżunzjoni li jeżisti effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni tagħha fis-suq,

(ara l-punti 44-47, 51, 52)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 49, 58)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 55)