Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 - Bouis et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni msejħa tat-"tieni filliera" - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali - Ammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Didier Bouis (Overijse, il-Belġju) [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Joris u D. Martin, aġenti]

Suġġett

Servizz Pubbliku - Fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti la fil-lista ta' meritu u lanqas fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad A*13 skont il-proċedura ta' promozzjoni 2005; fit-tieni lok l-annullament tad-deċiżjonijiet li jingħataw punti ta' prijorità tranżitorji, peress li dawn tal-aħħar huma limitati għal punt kull sena ta' senjorità tal-grad; fit-tielet lok, l-annullament tad-deċiżjonijiet li ma jingħatawx punti oħra ta' prijorità.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 281, 18.11.2006, p. 49.