Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Settembru 2011 - ClientEarth vs Il-Kunsill
("Rikors għal annullament - Rappreżentazzjoni minn avukat li ma għandux il-kwalità ta' terz - Inammissibbiltà manifesta")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Hockman, QC, u P. Kirch, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Fekete u B. Driessen, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang u S. Juul Jørgensen, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. Pere, aġenti); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska, A. Falk, S. Johannesson u C. Meyer-Seitz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għall-opinjoni mogħtija mis-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni (dokument Nru 6865/09) dwar abbozz ta' emendi tal-Parlament Ewropew għall-proposta tal-Kummissjoni dwar regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
ClientEarth hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
____________1 - ĠU C 328, 4.12.2010.