Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil nº 1 de Palma de Mallorca (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – Eventmedia Soluciones SL vs Air Europa Líneas Aéreas SAU

(Kawża C-173/23, Eventmedia Soluciones)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil nº 1 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eventmedia Soluciones SL

Konvenut: Air Europa Líneas Aéreas SAU

Domandi preliminari

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali adita b’azzjoni ta’ kumpens għad-danni li jirriżultaw mid-dewmien fit-trasport ta’ bagalji skont l-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal għandha teżamina ex officio n-natura eventwalment inġusta ta’ klawżola inkluża fil-kuntratt ta’ trasport, li ma tippermettix lill-passiġġier iċedi d-drittijiet tiegħu, meta l-azzjoni hija eżerċitata mill-konċessjonarju li, b’differenza miċ-ċedent, ma għandux il-kwalità ta’ konsumatur u ta’ utent?

Fil-każ li hemm lok li jitwettaq l-eżami ex officio, l-obbligu li l-konsumatur jiġi informat u li jiġi kkonstatat jekk huwiex qiegħed jinvoka n-natura inġusta tal-klawżola jew jekk huwiex qiegħed jagħti l-kunsens tiegħu għaliha, jista’ jiġi injorat, fid-dawl tal-fatt li kien hemm att konklużiv fejn il-kreditu tiegħu ġie trażmess bi ksur tal-klawżola eventwalment inġusta li ma kinitx tippermetti ċ-ċessjoni tal-kreditu?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.