Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Novembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Specializat Mureş - ir-Rumanija) – Investcapital Ltd vs XF, KJ

(Kawża C-177/23 1 , Investcapital)

Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 1(2) – Esklużjoni ta’ klawżoli kuntrattwali li jirriflettu dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolamentari imperattivi – Klawżola li tirrifletti dispożizzjoni leġiżlattiva imperattiva nazzjonali li tirrikonoxxi lil professjonist id-dritt li jittrasferixxi krediti li jirriżultaw minn kuntratt ta’ kreditu konkluż ma’ konsumatur mingħajr il-kunsens ta’ dan tal-aħħar

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Mureş

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Investcapital Ltd

Konvenuti: XF, KJ

Fil-preżenza ta’: Banca Comercială Română SA, Kruk SA

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

din id-direttiva ma tapplikax għal klawżola f’kuntratt ta’ kreditu konkluż ma’ konsumatur li tirrifletti dispożizzjoni imperattiva tad-dritt nazzjonali li tirrikonoxxi d-dritt ta’ professjonist li jittrasferixxi krediti li jirriżultaw minn tali kuntratt ta’ kreditu mingħajr il-kunsens tal-konsumatur ikkonċernat.

____________

1     Data tal-preżentata: 21.3.2023.