Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Alma-The Soul of Italian Wine vs UASI – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

(Kawża T-605/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIÑA SOL – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alma-The Soul of Italian Wine LLLP (Bal Harbor, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 18/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 18/2013-2), hija annullata.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.Miguel Torres, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.