Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Levi Strauss vs UASI – L&O Hunting Group (101)

(Kawża T-604/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 101 – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti 501 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Levi Strauss & Co. (New Castle, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u J. Schmitt, sussegwentement V. von Bomhard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: L&O Hunting Group GmbH (Isny im Allgäu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Kuck, K. Landes u G. Müllejans, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1538/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Levi Strauss & Co. u L&O Hunting Group GmbH.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1538/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Levi Strauss & Co. u L&O Hunting Group GmbH hija annullata.L-UASI u L&O Hunting Group huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż ta’ Levi Strauss & Co.