Language of document : ECLI:EU:T:2015:351





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2015 —
Levi Strauss vs UASI – L&O Hunting Group (101)

(Kawża T‑604/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 101 — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti 501 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20-23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali 101 u 501 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu (8)(1)(b)) (ara l-punti 26, 28, 40, 44, 47, 48, 50)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1538/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Levi Strauss & Co. u L&O Hunting Group GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1538/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Levi Strauss & Co. u L&O Hunting Group GmbH hija annullata.

2)

L-UASI u L&O Hunting Group huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż ta’ Levi Strauss & Co.