Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2023 – Unilab vs EUIPO - Cofares (Healthily)

(Kawża T-288/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Unilab LP (Rockville, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cofares, Sociedad Cooperativa Farmaceutica Española (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Healthily” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 324 697

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1959/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO għal evalwazzjoni mill-ġdid; jew

tifformula mill-ġdid id-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li ma hemmx raġunijiet relattivi għaċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża għall-prodotti kollha fil-klassijiet 3, 5 u 10, u li t-trade mark għandha tiġi rreġistrata fl-intier tagħha;

tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali;

Ksur tal-Artikoli 94(1) u 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________