Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2013 – Al Matri vs Il-Kunsill

(Kawża T-545/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fahed Mohamed Sakher Al Matri (Doha, il-Qatar) (rappreżentanti: M. Lester, Barrister, u G. Martin, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK 1 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 735/2013 2 , sa fejn japplikaw għar-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut manifestament żbalja fl-evalwazzjoni tiegħu li kienu ġew sodisfatti l-kriterji sabiex ir-rikorrent jiġi inkluż fil-miżuri kkontestati.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tar-rikorrent ta’ difiża u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent.

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq restrizzjoni mhux iġġustifikata u sproporzjonata tad-dritt għall-proprjetà u għall-libertà ta’ impriża tar-rikorrent.

____________

1 Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 204, p. 52)

2 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 735/2013, tat-30 ta’ Lulju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 204, p. 23)