Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (WAVE 2 PAY)

(Kawża T-129/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Cecchi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali li tinkludi l-element verbali “WAVE 2 PAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 258 117

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 1857/2014-5

Talbiet

tiddikjara l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;tiddikjara l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll il-kontradizzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement:tannulla d-deċiżjoni kkontestata;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c), u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.