Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0130\tra-doc-mt-req_comm-t-0130-2015-201502840-02_00.doc

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (WAVE TO PAY)

(Kawża T-130/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Cecchi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali li tinkludi l-elementi verbali “WAVE TO PAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 258 141

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 1864/2014-5

Talbiet

tiddikjara l-ksur u l-applikazzjoni skorretta tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;tiddikjara l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll in-natura kontradittorja tad-deċiżjoni kkontestata, u għaldaqstant:tannulla d-deċiżjoni kkontestata;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiIl-motivi u l-argumenti prinċipali huma bħal dawk invokati fil-Kawża T-129/15.