Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – IR vs UASI – Pirelli Tyre (popchrono)

(Kawża T-132/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IR (Caen, Franza) (rappreżentant: C. de Marguerye, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “popchrono” – Trade mark Komunitarja Nru 4 177 267

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 217/2014-5

Talbiet

tilqa’ t-talbiet tagħha;tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2015 tal-Bord tal-Appell;tikkonferma d-drittijiet għall-proprjetà tat-trade mark POPCHRONO;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiKsur tad-dritt għal smigħ;Interpretazzjoni stretta ta’ “użu ġenwin” mill-Bord tal-Appell;Il-bidu mill-ġdid ta’ użu ġenwin ta’ trade mark Komunitarja inkwistjoni kellu jiġi eżaminat mill-UASI skont dokumenti sottomessi mir-rikorrenti, inkluż kuntratt ta’ liċenzjar preċedenti b’iktar minn tliet xhur qabel il-preżentata tat-talba għal revoka;In-nuqqas tal-UASI li jieħu inkunsiderazzjoni l-ksur tar-regoli bażiċi tal-kompetizzjoni u r-rieda li parti tostakola lill-oħra.

____________