Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien vs UASI – Ruiz Moncayo (RED RIDING HOOD)

(Kawża T-128/15) 1

(Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RED RIDING HOOD – trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti ROTKÄPPCHEN – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebħ bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH (Freyburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Lewis u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alberto Ruiz Moncayo (Entrena, Spanja) (rappreżentant: E. Valentín Prades, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Jannar 2015 (Każ R 1012/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH u Alberto Ruiz Moncayo.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 171, 26.5.2015.