Language of document : ECLI:EU:T:2015:977





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Rotkäppchen‑Mumm Sektkellereien vs UASI – Ruiz Moncayo (RED RIDING HOOD)

(Kawża T‑128/15)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RED RIDING HOOD – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti ROTKÄPPCHEN – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18-20, 23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali RED RIDING HOOD u ROTKÄPPCHEN (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 22, 41, 42)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Xebh kunċettwali bejn trade marks li jikkonsistu minn elementi verbali b’lingwi differenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Jannar 2015 (Każ R 1012/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH u Alberto Ruiz Moncayo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rotkäppchen-Mumm Sektkellereien GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.