Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2016 – salesforce.com vs EUIPO (SOCIAL.COM)

(Kawża T-134/15)1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SOCIAL.COM – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: salesforce.com, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Jannar 2015 (Każ R 1752/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SOCIAL.COM bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

salesforce.com, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 171, 26.5.2015.