Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Intesa Sanpaolo vs EUIPO (WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY)

(Kawżi magħquda T-129/15 u T-130/15) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Intesa Sanpaolo SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Cecchi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Bullock u L. Rampini, sussegwentement minn L. Rampini, aġenti)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2015 (Każijiet, rispettivament, R 1857/2014-5 u R 1864/2014-5), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali verbali, rispettivament, WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Intesa Sanpaolo SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 155, 2.7.2015.