Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – IR vs EUIPO – Pirelli Tyre (popchrono)

(Kawża T-132/15)1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali popchrono – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: IR (rappreżentant: C. de Marguerye, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T. Malte Müller u F. Togo, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Frar 2015 (Każ R 217/2014-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Pirelli Tyre u IR.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

IR huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 311, 21.9.2015.