Language of document : ECLI:EU:T:2016:575





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Imħallef uniku) tat-28 ta’ Settembru 2016 –
Intesa Sanpaolo vs EUIPO (WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY)

(Kawżi magħquda T‑129/15 u T‑130/15)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 20, 21)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 22)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade marks verbali WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 23, 25-27, 34)

4.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 32, 33)

5.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75(1), l-ewwel sentenza) (ara l-punt 40)

6.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami separat tar-raġunijiet għal rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1) u Artikolu 75(1), l-ewwel sentenza) (ara l-punt 41)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2015 (Każijiet, rispettivament, R 1857/2014‑5 u R 1864/2014‑5), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali verbali, rispettivament, WAVE 2 PAY u WAVE TO PAY bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Intesa Sanpaolo SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.