Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2011 - medi vs UASI - Deutsche Medien Center (deutschemedi.de)

(Kawża T-247/10) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali deutschemedi.de - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti World of medi, trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti medi.eu, medi welt, medi-Verband, medi u isem ta' kumpannija u isem kummerjċali preċedenti medi - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: medi GmbH & Co. KG (Bayreuth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lindner, D. Terheggen, T. Kiphuth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Deutsche Medien Center GmbH (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bodemann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta' Marzu 2010 (Każ R 1366/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Weihermüller & Voigtmann GmbH & Co. KG u Deutsche Medi Präventions GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta' Marzu 2010 (Każ R 1366/2008-4) hija annullata.

L-UASI huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż ta' medi GmbH & Co. KG.

Deutsche Medien Center GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010.