Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta' Mejju 2012 - Tsakíris-Mállas vs UASI - Seven (7 Seven Fashion Shoes)

(Kawża T-244/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 7 Seven Fashion Shoes - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Seven u 7seven - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbilta' ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tsakíris-Mállas A.E. (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Simantíras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: D. Sindico, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Marzu 2010 (R 1045/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Seven SpA u Tsakiris-Mallas AE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Tsakiris-Mallas AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.2010.