Language of document : ECLI:EU:T:2011:579





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 – medi vs UASI – Deutsche Medien Center (deutschemedi.de)

(Kawża T-247/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali deutschemedi.de – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti World of medi, trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti medi.eu, medi welt, medi-Verband, medi u isem ta’ kumpannija u isem kummerjċali preċedenti medi – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 38, 44, 49, 53)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1366/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weihermüller & Voigtmann GmbH & Co. KG u Deutsche Medi Präventions GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1366/2008‑4), hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż ta’ medi GmbH & Co. KG.

3)

Deutsche Medien Center GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.