Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 – Rungis express vs UASIŽito (MARESTO)

(Kawża T-243/10) 1

(Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rungis express AG (Meckenheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn U. Feldmann, sussegwentement minn O. Dimopoulou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: B. Schmidt, R. Pethke u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Žito prehrambena industrija d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: M. Praviček, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 691/2009 1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Žito prehrambena industrija d.d. u Rungis express AG.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.