Language of document : ECLI:EU:T:2012:219





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 taʼ Mejju 2012 — Tsakiris-Mallas vs UASI — Seven (7 Seven Fashion Shoes)

(Kawża T-244/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti taʼ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva 7 Seven Fashion Shoes — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Seven u 7seven — Rifjut parzali tar-reġistrazzjoni — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà taʼ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju taʼ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 59-62)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 taʼ Marzu 2010 (R 1045/2009-2), dwar proċedimenti taʼ oppożizzjoni bejn Seven SpA u Tsakiris-Mallas AE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tsakiris-Mallas AE hija kkundannata għall-ispejjeż.