Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2010 - Rungis express vs UASI - Žito (MARESTO)

(Kawża T-243/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rungis express AG (Meckenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Feldmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ŽITO prehrambena industrija, d.d. (Ljubljana, is-Slovenja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Marzu 2010 fil-Każ R 691/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali MARESTO għal prodotti fil-klassi 29

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ŽITO prehrambena industrija, d.d.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva nazzjonali, li tirrappreżenta kok u l-element verbali "M•A•E•S•T•R•O" għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30, trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali "M•A•E•S•T•R•O" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 43 u t-trade mark verbali nazzjonali "BRAVO, MAESTRO!" għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 43.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li t-trade marks kunfliġġenti ma għandhomx karattru distintiv u/jew għandhom karattru purament deskrittiv.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).