Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2010 - Tsakíris-Mállas vs UASI - Seven (7 Seven Fashion Shoes)

(Kawża T-244/10)

Lingwa tal-kawża : il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Tsakíris-Mállas A.E. (Argyroúpoli Attikís, il-Greċja) (rappreżentant: N. Simantíras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Seven S.p.A. (Torino, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta' Marzu 2010 fil-Każ 1045/2009-2.

tilqa' l-applikazzjoni Nru 5445481 għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva "7Seven Fashion Shoes" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta' oppożizzjoni u tal-appell ippreżentat quddiem il-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-Trade mark figurattiva "7Seven Fashion Shoes" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 - Reġistrazzjoni Nru 5.445.481

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark figurattiva Taljana "7Seven", irreġistrata taħt in-Nru 769 296, għal prodotti fil-klassijiet 14, 16 u 18; trade mark figurattiva Taljana rreġistrata taħt in-Nru 928.116, għal prodotti fil-klassijiet 16 u 18.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassi 18

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell b'mod żbaljat ikkonkluda li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni; ksur tal-Artikolu 65(2) flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) 207/2009, peress li l-Kunsill naqas milli jeżamina jekk l-Artikolu 8(5) tar-regolament kienx applikabbli.

____________