Language of document : ECLI:EU:T:2009:240





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009 – Perfetti Van Melle vs UASI – Cloetta Fazer (CENTER SHOCK)

(Kawża T‑16/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali CENTER SHOCK – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CENTER – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet ta’ nullità relattiva (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a)) (ara l‑punti 41-44, 49, 50)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Novembru 2007 (Każ R 149/2006‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cloetta Fazer AB u Perfetti Van Melle SpA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali CENTER SHOCK għall-prodotti fil-klassi 30 –Trade mark Komunitarja Nru 973065

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Perfetti Van Melle SpA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Cloetta Fazer AB

Trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade marks verbali nazzjonali CENTER u CLOETTA CENTER għal prodotti, b’mod partikolari, fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Perfetti Van Melle SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.