Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – U. I. Lapp vs EUIPO – Labkable Asia (labkable Solutions for cables)

(Kawża T-636/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea labkable Solutions for cables – Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea LAPP KABEL STUTTGART u LAPP KABEL u trade mark verbali preċedenti LAPP – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: U. I. Lapp GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Ringer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Labkable Asia Ltd (Kowloon, iċ-Ċina) (rappreżentant: R. Ciullo, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Lulju 2022 (Każ R 1894/2021-2).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Lulju 2022 (Każ R 1894/2021-2) hija annullata.

L-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LABKABLE SOLUTIONS FOR CABLES imressqa fit-3 ta’ Jannar 2020 hija milqugħa.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn U. I. Lapp GmbH.

Labkable Asia Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 451, 28.11.2022.