Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Noah Clothing vs EUIPO – Noah (NOAH)

(Kawża T-562/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NOAH – Użu ġenwin tat-trade mark – Natura tal-Użu – Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 1001 – Prova tal-użu ġenwin – Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 19(1) u Artikolu 10(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Dritt għal smigħ”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Noah Clothing LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: W. Leppink, P. Trapman u C. Bey, avuati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Bovar u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yannick Noah (Feucherolles, Franza) (rappreżentant : A. Berthet, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Lulju 2022 (Każ R 504/2021-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Noah Clothing LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 418, 31.10.2022.