Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2024 – Curaden vs EUIPO – Alfa Vita (toothbrush)
(Kawża T-181/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Curaden AG (Kriens, l-Isvizzera) (rappreżentant: B. Hanika, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfa Vita s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tad-disinn Nru DM/084 061-0001 (toothbrush)
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 636/2023-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tal-20 ta’ Jannar 2023 tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni Nru ICD 117034;
tikkonstata li d-disinn kontenzjuż ma huwiex iddikjarat invalidu;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikoli 4 u 5 u tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.
____________