Language of document : ECLI:EU:T:2017:25





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Jannar 2017 – Almaz-Antey Air and Space Defence vs Il-Kunsill

(Kawża T255/15)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna – Iffriżar ta’ fondi – Persuna ġuridika li tappoġġja b’mod materjali jew finanzjarju azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Drittijiet fundamentali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 31)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni li tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża – Element ġdid – Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 86(1))

(ara l-punti 35, 36)

3.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Interess li jiġi stmat fid-data tal-preżentata tar-rikors – Rikors ippreżentat kontra att li jimponi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent – Tmiem tal-miżuri restrittivi fil-mori tal-kawża – Dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Inammissibbiltà – Żamma tal-interess tar-rikorrent li jikseb ir-rikonoxximent tal-illegalità tal-att ikkontestat

(Artikolu 263 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/145/PESK, 2015/432/PESK u 2015/1524/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Nru 2015/427 u Nru 2015/1514)

(ara l-punti 43-45)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fil-waqt tal-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew immedjatament wara – Regolarizzazzjoni ta’ żball fil-motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2); Deċiżjonijiet talKunsill 2014/145/PESK, 2015/432/PESK, 2015/1524/PESK u 2016/359/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Nru 2015/427, Nru 2015/1514 u Nru 2016/353)

(ara l-punt 54)

5.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu li tiġi kkomunikata l-motivazzjoni lill-persuna kkonċernata fil-waqt tal-adozzjoni tal-att li jikkawżalha preġudizzju jew immedjatament wara – Limiti – Sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet talKunsill 2014/145/PESK, 2015/432/PESK, 2015/1524/PESK u 2016/359/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Nru 2015/427, Nru 2015/1514 u Nru 2016/353)

(ara l-punti 55, 56)

6.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 61)

7.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu li jiġu kkomunikati r-raġunijiet individwali u speċifiċi li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2)(a) u 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/145/PESK, 2015/432/PESK, 2015/1524/PESK u 2016/359/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Nru 2015/427, Nru 2015/1514 u Nru 2016/353)

(ara l-punti 66-72)

8.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Iffriżar ta’ fondi – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Drittijiet suġġetti għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/145/PESK, 2015/432/PESK, 2015/1524/PESK u 2016/359/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Nru 2015/427, Nru 2015/1514 u Nru 2016/353)

(ara l-punti 80, 83)

9.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Iffriżar tal-fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Portata – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Artikoli 21 u 29 TUE; Artikolu 215 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet talKunsill 2014/145/PESK, 2015/432/PESK, 2015/1524/PESK u 2016/359/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Nru 2015/427, Nru 2015/1514 u Nru 2016/353)

(ara l-punti 84, 95, 97-111, 116, 127)

10.    Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni flUkrajna – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati

(Artikolu 29 TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/145/PESK, 2015/432/PESK, 2015/1524/PESK u 2016/359/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Nru 2015/427, Nru 2015/1514 u Nru 2016/353)

(ara l-punti 128, 151)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-13 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 70, p. 47), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-13 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 70, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524, tal-14 ta’ Settembru 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 239, p. 157), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514, tal-14 ta’ Settembru 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 239, p. 30), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359, tal-10 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2016, L 67, p. 37), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353, tal-10 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2016, L 67, p. 1), kif ukoll tal-ittra tal-Kunsill, tal-31 ta’ Lulju 2015, sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti u jżommuha fuq il-lista tal-entitajiet ikkonċernati minn miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Joint-Stock Company “Almaz-Antey” Air and Space Defence Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.